Guinea Ekwatorjali…………..4
Kosta tal-Ivorju…………………0
Il-Guinea Ekwatorjali kisbu rebħa mhux mistennija u kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss b’rebħa ta’ 4-0 fuq il-Kosta tal-Ivorja biex b’hekk poġġew lill-ospitanti tat-turnament f’riskju li jkunu eliminati. Il-gowls kienu skorjati minn doppjetta ta’ Emilio Nsue, Pablo Ganet u Jannick Buyla.
Guinea-Bissau………………0
Niġerja…………………………….1
In-Niġerja għamluha għall-fażi li jmiss b’rebħa ta’ 1-0 fuq il-Guinea-Bissau bil-gowl deċiżiv ikun skorjat minn awto-gowl ta’ Opa Sangante.
Cape Verde………………..2
Eġittu……………………………2
Wara li tilfu lil Mohamed Salah, l-Eġittu għamluha għall-fażi li jmiss minkejja li kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 mill-Cape Verde. Kienu l-Cape Verde li marru fil-vantaġġ fil-45 minuta permezz ta’ Gilson Tavares, b’Mahmoud Trezeguet iġib l-iskor indaqs għall-Eġittu. L-Eġittu marru fil-vantaġġ fit-93 minuta permezz ta’ Mostafa Mohamed iżda fid-99 minuta kien Bryan Teixeira li għamel l-iskor indaqs.
Mozambique…………………..2
Ghana………………………………..2
Il-Ghana f’riskju li jkunu eliminati wara wkoll li kienu miżmuma mill-Mozambique fi draw ta’ 2-2 b’żewġ gowls lejn it-tmiem. Żewġ penalties f’kull taqsima, ta’ Jordan Ayew fetħu vantaġġ doppju għall-Ghana, iżda gowl lejn it-tmiem ta’ Geny Catamo u Reinildo Mandava ċaħħdu lil Ghana minn rebħa għall-skor ta’ 2-2.
//= $special ?>