Skiet totali mill-MEP Laburista Cyrus Engerer Dan hekk kif għadu ma qalx jekk hux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f’Ġunju li ġej.
Fl-aħħar ġimgħat kellna diġà żewġ MEPs Laburisti li ddikjaraw li mhux se jkunu kandidati għal dawn l-elezjonijiet – l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant kif ukoll Josianne Cutajar.
Mill-erba’ MEP’s tal-Lejber, huwa biss Alex Agius Saliba li s’issa ddikjara li se jkun kandidat. B’dan tal-aħħar jidher li għandu sfida kbira mill-kandidat Steve Ellul; li qed ikun imbuttat mhux ftit minn Kastilja.
Imbgħad, ftit tal-jiem ilu, kien proprju Net News illi żvela li Josianne Cutajar kellha tiritira l-kandidatura tagħha wara li saret pressjoni biex terġa’ tidħol fix-xena l-eks Ministru Laburista Justyne Caruana.
Caruana kienet irriżenjat minn Ministru tal-Edukazzjoni u mill-Partit Laburista wara li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sabha ħatja ta’ ksur ta’ etika u abbuż ta’ poter – meta tat trattament preferenzjali lis-sieħeb tagħha bl-użu ta’ fondi pubbliċi.
Issa, l-Prim Ministru Robert Abela, bħalma għamel mal-eks Deputat Laburista Rosianne Cutajar, kien kostrett jerġa’ jdur għal Justyne Caruana… b’persuni fi ħdan il-Lajber stess qed jgħidu li din il-mossa saret sabiex Caruana tkun kandidata għall-elezzzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Min-naħa tagħha, l-MEP Laburista Josianne Cutajar affaċjat pressjoni enormi biex titwarrab peress li ġejja mill-fazzjoni tal-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri – u għalhekk jidher li beżgħet li se tispiċċa umiljata f’din l-elezzjoni. Kien propju għal din ir-raġuni illi wara li kienet diġà tefgħet in-nomina tagħha biex tkun kandidata għal dawn l-elezzjonijiet Ewropej, issa iddeċidiet li tirtira l-kandidatura tagħha.
//= $special ?>