Il-UPE, l-Union tal-Edukaturi Professjonali rreġistrat uffiċjalment tilwima industrijali mal-awtoritajiet kompetenti minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-MCAST mal-UPE fuq kwistjonijiet sempliċi.
Skont il-UPE dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni qed jaffettwa indirettament lill-membri tagħha… u dan huwa inaċċettabbli għall-union.
Riżultat ta’ dan, il-UPE qed tieħu l-passi meħtieġa biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-membri tagħha u bħalissa għaddejjin taħdidiet internament dwar aktar azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-jiem li ġejjin.
Il-union qed issegwi din il-kwistjoni b’mod attiv permezz ta’ diskussjonijiet u tinsab lesta li tieħu aktar azzjoni jekk ikun meħtieġ biex tiżgura li l-membri tagħha jiġu trattati b’mod ġust u b’rispett.
//= $special ?>