Tajikistan……………2
Libanu…………………1
It-Tajikistan kitbu l-istorja meta rnexxielhom jegħlbu lil Libanu 2-1. Kienu l-Libani li marru fil-vantaġġ fl-47 minuta permezz ta’ Bassel Jradi, qabel ma ftit wara tkeċċa Kassem Al-Zein. It-Tajikistan approfittaw u dawru l-partita fl-aħħar għaxar minut b’gowls minn Parvizdzhon Umarbaev u Nuriddin Khamrokulov.
Qatar………………1
Ċina………………….0
Il-Qatar wkoll avvanzaw meta għelbu liċ-Ċina 1-0 bil-gowl deċiżiv ikun skorjat fis-66 minuta permezz tas-sostitut Hasan Al Haydos.
//= $special ?>