Lokali

KM Malta Airlines diġà ħallset €200,000 f’titjiriet u akkomadazzjoni għall-konsulenti

Il-linja nazzjonali tal-ajru li se tibda topera mill-aħħar ta’ Marzu li ġej diġà ħallset total ta’ €200,000 f’titjiriet u akkomadazzjoni għall-konsulenti. Dan apparti l-5 miljun ewro li tħallsu f’konsulenzi.

The Shift News kienu talbu sabiex tingħata tali informazzjoni dwar in-neqfa ta’ KM Malta liċ-Chairman tal-Air Malta David Curmi, liema talba kienet ġiet irrifjuata. Kien għalhekk li The Shift News ressaq talba għal-libertà tal-informazzjoni fejn proprju staqsa kemm irċeviet flus Knighthood Global.

Data ppubblikata turi li bejn nofs l-2021 u sal-aħħar tal-2023, Knighthood Global tħallset total ta’ €4.5 miljun fi ħlasijiet ta’ konsulenza. Barra minn hekk, konsulenti oħra mill-istess kumpanija tħallsu separatament mill-kuntratt prinċipali għal €100,000.

Mitlub jelenka l-ispejjeż fuq l-akkomodazzjoni, l-ikliet u l-biljetti tas-safar, David Curmi ta biss informazzjoni parzjali, fejn stqarr li l-kont totali fuq l’hekk imsejħa ‘extras’ jilħaq il-€200,000.

Inizjalment, David Curmi li kien jitħallas €21,500 fix-xahar minkejja l-falliment tal-Air Malta, qabbad lil Knighthood Global biex jgħinuh fil-pjan ta’ ristrutturar li kellu jippreżenta lill-Kummissjonin Ewropea.

Fejn minflok twaqaf mill-kariga li kellu ta’ Chairman tal-Air Malta, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Finanzi Clude Caruana, żammewh sabiex jissolverlja t-transazzjoni għal-linja tal-ajru l-ġdid u eventwalment, jibda jmexxiha.