Lokali Parlament

Konferma li l-gvern kellu biss viżjoni qasira bbażata fuq iċ-cheap labour


Alex Borg, PN


Ix-Shadaw Minister tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Alex Borg qal li r-regoli li l-gvern issa qed idaħħal biex jirregola l-aġenziji tax-xogħol huma konferma li l-gvern kellu biss viżjoni qasira bbażata fuq iċ-cheap labour.


Fil-parlament Alex Borg qal li fil-pajjiż hawn 97,000 ħaddiema li minnhom 36% ġejjin minn pajjiżi tal-UE u 63% ġejjin minn pajjiżi terzi. Hu sostna li għandu jinħoloq bilanċ tajjeb bejn il-ħaddiema Maltin u dawk barranin. Illum hawn diversi setturi li saru jiddependu fuq il-ħaddiema barranin u għandu jkun hemm ir-regoli neċessarji biex ikun assigurat li l-abbużi jkunu eliminati.


Id-deputat Nazzjonalista qal li r-regoli tal-aġenziji tax-xogħol setgħet saret qabel iżda l-gvern kaxkar saqajh u ma daħħalx il-liġijiet neċessarji. Dan juri l-viżjoni ekonomika qasira bbażata fuq iċ-cheap labour fejn il-ħaddiema barranin kienu sfruttati propju għaliex il-gvern ħaseb li se jkun hemm tkabbir ekonomiku.

Hu qal li l-gvern issa se jdaħħal l-iskills card; dan juri kemm il-gvern issa rrealizza li għandu jun hemm bidla fid-direzzjoni wara snin ta’ viżjoni bbażata fuq iċ-cheap labour. Il-gvern kien iffokat biss biex iżid l-ammonti u mhux fuq il-kwalità.


Ir-regolarizzazzoni tal-ġaenziji tax-xogħol se jkun pass ‘il quddiem iżda jrid ikun assigurat li l-liġi ma tħallix abbużi. Din il-liġi ġdida m’għandhiex twaqqaf l-ekonomija b’burokrazija żejda iżda għandha tgħin lill-ekonomija.