Sport Sport Ieħor

Polo: Team Veuve Clicquot jirbaħ id-Du Cane Cup

Fil-Malta Equidrome, il-Malta Polo Club organizza partita storika fejn żewġ timijiet tan-nisa lagħbu għall-ewwel darba kontra xulxin għad-Du Cane Cup.

Il-Malta Polo Club, li ilu mwaqqaf mill-1868, huwa wieħed mill-eqdem klabbs f’pajjiżna. Id-Du Cane Cup kienet ippreżentata lill-klabb minn Sir John Du Cane li kien Gvernatur ta’ Malta fis-snin tletin.

Team Veuve Clicquot immexxija minn Sarah Manduca flimkien ma’ Rebecca Gera, Nicola Fenech Conti u Petra Vella rebħu l-konfront bi 8.5 punti kontra ż-żewġ punti ta’ Gauchas Finestal immexxija mill-captain Serena Galea li magħha kellha lil Nicole Fenech Adami, Emma Aquilina u Christie Massaloux.

Umpires tal-partita kienu Karl Galea u Mark Darmanin.

Sara Manduca ta’ Veuve Clicquot ingħażlet bħala l-aktar plejer valida filwaqt li bħala l-aħjar żiemel ingħażel ‘Spirit’ ta’ Matthew Borg li kien misjuq minn Nicole Fenech Adami.