Atletika Sport

Rekords nazzjonali minn Graham Pellegrini fl-400 metru indoor u Lyon Falzon fit-triple jump indoor

Fil-London Indoor Games li qed isiru f’Lee Valley Athletics Centre, rekord nazzjonali għal Graham Pellegrini ta’ Pembroke Athleta li għamel id-distanza f’47.89 sekondi.

Fil-klassifika generali temm fit-tieni post fost 50 atleta fuq disa’ heats. Fil-heat numru 1, dik prinċipali mirbuħa minn Sorin Alexandriu Voinea tar-Rumanija f’47.24 sekondi, Graham Pellegrini b’47.89 sekondi temm qabel Andrea Panassidi tal-Italja bi 48.43 sekondi.

Pellegrini għandu wkoll ir-rekord tal-400 metru miksub fit-track tal-Marsa waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Zgħar f’Gunju 2023, dak ta’ 46.83 sekondi.

F’din il-kompetizzjoni Pembroke Athleta qed jikkompetu b’kontinġent ta’ 21 atleta fid-diversi kategoriji.

Rekord ieħor nazzjonali għamlu Lyon Falzon li kiser rekord ta’ taħt it-18-il sena indoor fit-triple jump b’qabża ta’ 12.62m. Qabel din il-qabża Falzon kellu qabżiet oħra ta’ 12.26m, 12.00m u 12.10m.