‘Il fuq minn 195,000 residenza fir-Renju Unit jinsabu bla provvista tad-dawl kaġun tal-matempata Isha.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li żewġ persuni tilfu ħajjithom kaġun ta’ dan il-maltemp, b’numru ta’ titrijiet kellhom jitħassru.
L-awtoritajiet Brittaniċi qed jgħidu li esperjenzaw l-agħar kundizzjonijiet fl-aħħar snin, hekk kif ir-riħ tant kien qawwi li qala’ anke s-soqfa tal-vetturi.
Kollox qed jindika li l-maltemp fir-Renju Unit se jippersisti, wara li l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Irlanda ħabbar li mit-Tlieta numru ta’ żoni se jintlaqtu mill-maltemp li ngħata l-isem ‘Jocelyn’. Dan apparti li ħarġu numru ta’ alerts hekk kif ir-riħ se jkun qawwi ħafna filwaqt li l-awtoritajiet appellaw lin-nies sabiex kemm jista’ jkun ma’ joħorġux minn djarhom.
Il-maltempata Jocelyn se tkun l-għaxar maltempata għal dan l-istaġun.
//= $special ?>