Internazzjonali

24 suldat Iżraeljan jinqatlu f’Gaza

Israeli soldiers operate in the Gaza Strip, amid the ongoing conflict between Israel and the Palestinian Islamist group Hamas, in this handout picture released on January 20, 2024. Israel Defense Forces/Handout via REUTERS

L-armata Iżraeljana qalet li 24 suldat Iżraeljan inqatlu f’Gaza, f’dak li qed jiġi deskritt bħala l-aktar jum imdemmi għall-forzi Iżraeljani sa mill-bidu ta’ din il-gwerra.

Daniel Hagri, kelliem għall-Forza tad-Difiża Iżraeljana, qal illi minkejja li d-dettalji ta’ dan l-attakk għadhom qed jiġu investigati … huwa mifhum li s-suldati inqatlu kaġun ta’ bomba li laqtet tank viċin żewġ binjiet, fejn kien hemm dawn l-istess suldati.

B’kollox, huwa stmat li 25,295 persuna tilfu ħajjithom f’Gaza sa mill-bidu ta’ Ottubru, bil-maġġoranza ta dawn il-vittmi jkunu nisa u tfal.

Intant kmien filgħodu, ftit wara t-tmien attakk tal-Istati Uniti u t-tieni wieħed f’opperazjoni konġunta mar-Renju Unit fuq il-Houti fil-Jemen, kelliem għall-  Pentagon qal li dawn kienu attakki sabiex jipproteġu l-ħajjiet tac-civili. U għalhekk, mhux se jkunu qed jaħsbuha darbtejn sabiex ikomplu b’attakki simili.

Il-Houti huma grupp ta’ ribeli li igawdu l-appoġġ tal-Iran u li jikkontrollaw parti kbira mill-Jemen fil-kosta tal-Baħar l-Aħmar.

Mindu bdiet il-gwerra f’Gaza, il-Houti attakkaw numru kbira ta’ vapuri tal-merkanzija li kienu għaddejin mir-rotta tal-baħar l-aħmar – inkluż bastiment li kien itajjar bandiera Maltija.

Il-Houti qegħdin jgħidu li huma qed jattakkaw biss vapuri li jkollhom rabta ma’ Iżrael sabiex juru solidarjeta mal-Palestinjani; madanakollu huma attakkaw ukoll numru ta’ bastimenti li ma kellhom l-ebda konnesjoni ma Iżrael.

David Cameron, is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit qal li l-attakki tal-Houti fil-Baħar l-Aħmar huma innaċettabli u illegal, waqt li żied jgħid li n-narrativa tal-Houti m’ghandix tiġi accettata.

Minn naħa tagħhom il-Houti qalu li l-attakki tal-Istati Uniti u r-Renju Unit mhux se jintesew. Il-Ministru tal-affarijiet barranin tal-Iran minn naha tieghu qal li dawn l-attakki huma ta’ thedida għal paċi u s-sigurta tar-reġjun.