Futbol Sport

Chelsea fil-finali tal-Carabao Cup wara rebħa komda fuq Middlesbrough

Chelsea kisbu rebħa komda ta’ 6-1 fuq Middlesborough biex b’hekk huma l-ewwel finalisti tal-Carabao Cup, bit-tieni finalist ikun determinat fis-semi finali bejn Fulham u Liverpool. Cheslea fetħu l-iskor b’awto gowl ta’ Jonny Howson, b’Enzo Fernandez jirdoppja man-nofs siegħa logħob. Axel Disasi għamilhom tlieta b’Cole Palmer jitfa’ lil Chelsea 4-0 vantaġġ qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fis-77 minuta għal darb’oħra reġa’ kien Cole Palmer li xeħet fix-xibka b’Noni Madueke jiskorja is-sitt gowl, bil-gowl ta’ konsolazzjoni jasal minn Morgan Rogers għal Middlesbrough.

CARABAO CUP

Ilbieraħ: Chelsea v M’boro 6-1 (6-2)
Illum: Fulham v Liverpool 9.00pm