Sport Sport Ieħor

Futsal: University of Malta ACJ Group iżommu l-ewwel post b’rebħa faċli fuq Sliema

Fl- Enemed Futsal League, Żurrieq Bormla rebħu l-isfida diretta kontra Swieqi Futsal 4-3 sabiex baqgħu fit-tieni post tal-klassifika.

Brayan Stiven, Marcelo Alarcon u Ryan Muscat skorjaw għal Swieqi filwaqt li għal Zurrieq Bormla skorjaw Karl Luke Schembri, Jovica Milijic, Karl Sciortino u Jose Rodrigo.

Sadanittant, il-leaders tal-kampjonat baqgħu University of Malta ACJ Group li għelbu faċilment lil Sliema Futsal 13-1.

Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol wkoll kisbu rebħa faċli ta’ 6-0 kontra Ta’ Xbiex.

Marsaskala Futsal komplew bit-triq tal-progress meta għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena 10-3 filwaqt li Gżira United Santa Margherita kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena 7-3.

B’hekk fil-Klassifika tal-Enemed Futsal League: University of Malta ACJ Group 27 punt , Luxol St Andrew’s u Żurrieq Bormla 25 punt kull wieħed, Swieqi United FC Futsal 21 punt , Birżebbuġa St Peter’s 18 il-punt, Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank 12 il-punt, is-Selezzjoni Maltija U/19 u Marsaskala Futsal 10 punti kull wieħed, is-Selezzjoni Maltija U/18 u Gżira United Santa Margherita 3 punti kull wieħed u Sliema Wanderers FC Futsal 2 punti.