Raġel ta’ 33 sena minn Seattle ġie arrestat u akkużat b’fastidju fuq id-dar tal-kantanta Taylor Swift, fi New York.
David Crowe kien arrestat it-Tnejn wara numru ta’ rapporti dwar raġel li kien qed jaġġixxi b’mod stramb viċin id-dar ta’ din il-kantanta.
Meta seħħ il-każ, il-kantanta Taylor Swift ma kienitx id-dar għax kienet qeda turi l-appoġġ lis-sieħeb tagħha Travis Kelce li huwa player tal-NFL, hekk kif it-tim tiegħu Kansas City kien qed jilgħab kontra Buffalo Bills.
Dan l-inċident qed jiġi irraportat ftit ġranet biss wara, li persuna provat tidħol fid-dar ta’ din il-kantanta – pero għadu mhux ikkonfermat jekk dan ir-raġel hux l-istess persuna.
Lura fl-2022 raġel kien arrestat wara li baqa dieħel bil-karozza tigħu fid-dar tagħha, allegatament biex ikun jista jidħol fid-dar, u raġel ieħor kien arrestat wara li irnexxilu jidħol fd-dar tagħa u nstab mill-Pulizija rieqed fis-sodda ta’ Taylor Swift.
//= $special ?>