Għawdex Lokali Qorti

Il-Maġistrat ta’ Għawdex tħassar is-seduti minħabba li l-Qorti m’għandhiex awla disponibbli

Maġistrat fil-Qorti ta’ Għawdex ġiet sfurzata tipposponi s-seduti kollha tagħha mill-25 ta’ Jannar sa xahrejn wara u dan għax qalulha li m’hemmx awla disponibbli. Il-Maġistrat Brigitte Sultana tat id-digriet li jinforma lill-partijiet tal-qorti bil-posponiment wara li l-kwistjoni tressqet għall-attenzjoni tagħha.

“Peress li l-Qorti ġiet infurmata li fil-25 ta’ Jannar, 2024 m’hemmx awli disponibbli fil-qorti ta’ Għawdex, din il-Qorti hija kostretta li tipposponi l-kawżi tal-25 ta’ Jannar,” jgħid id-digriet. Iżid jgħid ukoll li fil-25 ta’ Jannar ser jinżammu biss dawk il-kawżi li kienu qed jistennew li tingħata sentenza, iżda dawn se jibdew siegħa qabel fit-8am. Il-maġistrat iddifferiet il-każijiet l-oħra kollha għall-20 ta’ Marzu 2024.

Id-digriet ingħata prominenza mix-Shadow Minister għall-ġustizzja Karol Aquilina, li qal li huwa “tal-mistħija” li f’dawn iż-żminijiet il-qrati Għawdxin jinsabu f’dan l-istat.

Huwa kkritika lill-gvern talli naqas milli jonora l-wegħda tiegħu ta’ 11-il sena li jibni qorti ġdid. “Dan hu r-riżultat ta’ pika bejn Anton Refalo, Justyne Caruana u Clint Camilleri. Huma għandhom diverġenza fil-konfront ta’ xulxin u b’riżultat ta’ dan huma n-nies li jbatu. Iwiegħdu ħafna imma ma jwasslu għal xejn,” kiteb Aquilina f’post fuq Facebook.

Il-gvern ilu wiegħed il-bini ta’ qorti ġdida f’Għawdex. Madankollu, minkejja li tressqu diversi pjanijiet matul l-aħħar 10 snin, l-ebda wieħed mill-proġetti qatt ma mmaterjalizza. Il-qorti ta’ Għawdex topera minn bini antik ġewwa ċ-Ċittadella li mhuwiex adattat għall-bżonnijiet tal-lum u huwa mifni minn nuqqas ta’ spazju.