Lokali Qorti

Illiberata bil-kundizzjoni wara li waddbet sikkina lejn żewġha waqt tilwima

Charlene Nadine Spiteri ta’ 34 sena ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn mill-Maġistrat Simone Gech wara li nstabet ħatja li tliet snin ilu waddbet sikkina lil żewġha u weġġgħetu ħafif f’idu fix-Xewkija, f’Għawdex. Dan kollu seħħ wara tilwima bjen il-koppja fejn il-mara waddbet diversi oġġetti lejn żewġha.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri qalet li l-inċident seħħ fit-18 ta’ Settembru tal-2021 f’appartament fi Triq Majmuna. Fil-Qorti ħareġ li l-mara bdiet tissutta l-oġġetti lil żewġha, xi ħaġa li hi dejjem ċaħdet, anke fl-istqarrija mogħtija lill-Pulizija.

Ir-raġel iżda fix-xhieda tiegħu qal li li martu qaltlu “I will stab you! I will kill you! I will throw you out of the balcony!” u li sakkritu fil-gallarija. Madankollu is-sentenza tagħha, il-Maġistrat innotat li tali kliem ma ġiex indikat fir-rapport li sar lill-Pulizija.

Qalet, li l-fatt li l-akkużat spiċċa msakkar fil-gallarija jkompli jikkonferma li l-allegat diskors ma ngħadx. Il-Maġistrat żiedet tgħid li l-akkużata sakkret lil żewġha biex tipproteġi lilha nnifisha jew biex tevita li l-inċident jeskala.

Ir-raġel semma’ wkoll li seħħ inċident jumejn qabel – fis-16 ta’ Settembru 2021 fejn kellhom argument fuq xi Revolut request u fuq xi insurance tat-television. Spjega li Charlene Nadine Spiteri qatlu biex ma jiġix lejn id-dar izda huwa kien mar xorta waħda u li martu baqgħet tgħidlu biex jippakkja u jitlaq ‘il barra sakemm hi telqet ‘il barra wara li huwa waqqa’ bi zball il-kafe li kellha f’ idejha fuqha.

Madanakollu, fl-ebda hin ma ġie ndikat minn Stefan Spiteri x’ kienu dawn l-inġurji u theddid li allegatament ħassu ingurjat bihom fir-rigward ta’ dan l-inċident tas16 ta’ Settembru 2021. Spiteri ġiet ordnata tħallas €660 fi spejjeż tal-Qorti u l-Maġistrat rabtitha b’garanzija personali ta’ €500 għal sena.