Internazzjonali

Is-suspettat tal-isparar f’Illinois jinstab mejjet f’Texas

Raġel armat li huwa supetat li qatel 8 persuni fil-belt ta’ Joliet f’Ilinois, miet wara konfront li kellu mal-Pulizija.

Romeo Nance ta’ 23 sena, instab mejjet mill-Pulizija  aktarx wara li spara lejh nifsu f’Texas.

Il-Pulizija qed tissuspeta li hu qatel 8 persuni f’numru ta’ lokalitajiet f’Joliet; sebgħa minn dawn il-vittmi instabu t-Tnejn f’żewġ residenzi differenti, 2 f’dar u ħamsa oħra f’dar differenti fil-viċinanzi.

Nance kien ukoll is-suspetat ewlieni fi qtil ieħor li seħħ il-Ħadd waranofsinhar madwar erba’ mili ‘il bogħod.

Waqt li l-mottiv ta’ nance għadu mhux ċar, il-Pulzija jemmnu li hu kien jaf lil vittmi li aktarx huma qraba ta’ xulxin u li waħda mid-djar fejn instabu il-vittmi hija l-istess dar fejn sa ftit kien jghix l-aggressur.