L-Awstralja u l-Użbekistan avvanzaw għall-fażi tal-aħħar sittax wara d-draw ta’ 1-1 bejniethom. Kienu l-Awstralja li fetħu l-iskor fil-45 minuta minn penalty ta’ Martin Boyle qabel kien Azizbek Turgunbaev li fit-78 minuta kiseb id-draw għall-Użbekistan.
Is-Sirja għelbu lill-India bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-gowl uniku jkun skorjat minn Omar Khirbin fis-76 minuta, bis-Sirja wkoll jagħmluha mal-aħħar sittax.
Minn Grupp Ċ avvanza għall-fażi li jmiss l-Iran uEmirati Għarab Magħquda. Fil-partita bejniethom kien l-Iran li rebħu bl-iskor ta’ 2-1, bil-gowls għall-Iran ikunu skorjati minn doppjetta ta’ Mehdi Taremi, b’Yahja Alghassani jiskorja l-gowl ta’ konsolazzjoni.
Mill-istess grupp il-Palestina għelbu lil Hong Kong bl-iskor ta’ 3-0 bil-gowls jaslu permezz ta’ doppjetta ta’ Oday Dabbagh u gowl ta’ Zaid Qunbar.
TAZZA TAL-ASJA
Ilbieraħ: Awstralja v Uzbekistan 1-1, Sirja v Indja 1-0, Iran v UAE 2-1, Hong Kong v Palestina 0-3
Illum: Iraq v Vjetnam 12.30pm, Ġappun v Indonesja 12.30pm