Internazzjonali

Jinqatlu numru ta’ ċivili fi Kiev u Kharkiv

Sitt persuni u għexieren oħra ndarbu f’attakk bil-missili li l-armata Russa wetqet fuq il-Belt Kapitali tal-Ukrajna u fit-tieni l-akbar belt Kharkiv.

F’dawn l-attakki intlaqtu numru ta’ djar u ħallew numru ta’ persuni mejta; fosthom żewġ nisa ta’ 40 u 56 sena.

Is-Sindku ta’ Kharkiv qal li blokka ta’ appartamenti kienet kompletament meqruda, u li numru ta’ ħaddiema ta’ salvataġġ kienu qed ifittxu għal iżjed vittmi qalb it-tifrik.

Fi Kyiv l-air raid  baqa’ għaddej għall-aktar minn sagħtejn u nofs, biex b’hekk dan qed ikun meqjus bħala l-itwal air raid għal dan ix-xahar.