Parlament

L-edukazzjoni kruċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport

L-edukazzjoni hi kruċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport.


Dan sostnih id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi Robert Cutajar meta kien qed jitkellem fil-parlament.


Robert Cutajar qal li mhux isir investiment biżżejjed fl-edukazzjoni dwar is-sustanzi llegali u l-korruzzjoni fl-isport. Dan għandu jkun impenn ta’ Sport Malta, sostna Robert Cutajar, li appella biex tissaħħaħ il-governanza fl-isport. Hu tkellem ukoll fuq ir-responsabbiltà soċjali u appella biex isiru kampanji kontra l-bullying fl-isport.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-integrità fl-isport ittejjeb l-attendenza tad-dilettanti għall-isport favorit tagħhom. Robert Cutajar enfażizza wkoll l-importanza tal-volontarjat fl-isport.