David Agius, PN
Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Fondi Ewropej u Sport David Agius qal li ma jidhirx li qed jittieħdu passi kontra l-korruzzjoni fl-isport.
Fil-parlament David Agius qal li l-PN jaqbel li jkun hemm ħidma kontra l-korruzzjoni fl-isport u għalhekk jemmen fil-governanza sportiva u integrità fl-isport.
Hu tkellem fuq l-importanza tal-pjattaforma li fiha jkun hemm l-entitajiet kollha sportivi flimkien mal-pulizija biex il-korruzzjoni l-isport tkun miġġielda. Jeħtieġ li jinġiebu riżultati fil-konfront ta’ min qed iwettaq il-korruzzjoni fl-isport għaliex mhumiex jinqabdu n-nies li fil-fatt qed iwettqu l-korruzzjoni fl-isport.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa fil-fatt qed isiru azzjonijiet kontra min qed iwettaq il-korruzzjoni fl-isport. Hu staqsa jekk il-pulizija għadhiex informazzjoni u intelliġenza dwar il-korruzzjoni fl-isport. Hu staqsa jekk hux qed isiru investigazzjonijiet biex ikun stabbilit kif ċertu klabbs qed ikunu finanzjati u jekk sarx progress fuq il-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni fl-isport. Dan filwaqt li qed isir betting kontinwu fl-isport, sostna David Agius.
Hu tkellem dwar is-sustanzi li jieħdu l-players u qal l-players għandhom ikunu jafu li m’għandhomx jieħdu sustanzi li m’għandhomx jieħdu anki jekk dawn ikunu jistgħu jinxtraw mill-ispiżeriji u jkunu jistgħu jittieħdu mill-persuni li mhumiex sportivi.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-amministrazzjoni u l-coaches jistgħu ikunu f’pożizzjoni li jittieħdu passi kontrihom filwaqt li mhux kontra l-atleti.
David Agius kompla li jista’ jkun hemm sitwazzjoni li fiha atleta ma jikxifx lill-coach li jkun tah is-sustanza projbita. Għalhekk hu appella biex ikun hemm lista ċara tas-sustanzi li atleta ma jistax jieħu fl-isport.
Hu appella biex ma kunx hemm iktra ħlasijiet għal trasferimenti ta’ tfal min-nurseries u biex ikun hemm il-bini ta’ iktar faċilitajiet sportivi. Jeħtieġ li jkun hemm deċiżjonjiet dwar l-isport tal-muturi partikolarment it-trakka li ilha mwiegħda 10 snin.
Issa lanqas it-tiġrijiet m’huma jsiru minħabba l-assigurazzjoni Hu staqsa għaliex m’hemmx l-akkademja fl-isport taż-żwiemel u qal li fil-bowling hemm problemi u nuqqas ta’ strateġija.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm programmi ċari għall-atleti Maltin. Il-pajjiż ma laħaqx tlieta minn erba’ miri għal kontra l-obeżità tant li Malta tinsab l-aħħar fl-obeżità u piż żejjed fost diversi pajjiżi. Jeħtieġ l-akbar appoġġ għall-isport paraolimpiku u biex iktar Maltin jipparteċipaw fl-isport. Fil-kummerċjalizzazzjoni tal-isport irid ikun assigurat li l-faċilitajiet jintużaw għall-isport.