Ungeriża ta’ 41 sena ġiet immultata €4,500 u tpoġġiet fuq ordni ta’ probation għal tliet snin mill-Maġistrat Leonard Caruana wara li sabha ħatja li ppruvat tikkorrompi lill-Pulizija wara li sabulha d-droga. Agnes Suranyl inqabdet bid-droga fir-residenza fejn kienet tgħix mas-sieħeb tagħha fi Triq il-Gżira, f’Birżebbuġa.
Minn informazzjoni mogħtija mill-prosekuzzjoni fil-Qorti ħareġ li l-Pulizija fittxet għad-droga fil-post wara li daħlitilha informazzjoni kunfidenzjali li s-sieħeb tal-akkużata kienet qed tasallu d-droga bil-posta. Il-prosekuzzjoni spjegat li waqt li l-Pulizija kienu fir-residenza f’salt minnhom Suranyl ħarbet tiġri fil-kamra tas-sodda u ppruvat tqatta’ pakkett u tarmih f’barmil ilma.
Fil-pakkett kien hemm sustanza f’qishom żewġ ġebliet. Kien hawn, li l-akkużata offriet €200 lill-Pulizija biex ma jkomplux bit-tfittxija u jinsew kollox. Il-Pulizija elevat mir-residenza, fost oġġetti oħra, miżien elettroniku, ‘self-sealable bags’, żewġ mobiles, għadd ta’ pakketti tal-posta u diversi tipi ta’ droga fosthom amfetamina u eroina.
Suranyl nstabet ħatja wkoll li m’obdietx l-ordnijiet tal-Pulizija u li rreżistiet l-arrest. Apparti li mmultatha, il-Qorti ordnat lil Suranyl tħallas €2,495 fi spejjeż tal-Qorti. Il-Qorti ordnat ukoll in-notifika ta’ din is-sentenza, lid-Direttur tal-Uffiċju tal-Probation.
//= $special ?>