Rebħa drammatika għal Kamerun fuq il-Gambja aċċertat minn post mal-aħħar sittax. Kienu l-Kamerun li fetħu l-iskor minn Toko Ekambi qabel il-Gambja dawwru r-riżultat fit-72 u fil-85 minuta b’gowls ta’ Ablie Jallow u Ebrima Colley. Madanakollu reazzjoni immedjata mill-Kamerun b-awto gowl ta’ James Gomez, bil-gowl tar-rebħa finalment jasal minn Christopher Wooh għal skor ta’ 3-2.
Bis-Senegal diġa mal-aħħar sittax huma kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq il-Guinea. Il-gowls għas-Senegal kienu skorjati minn Abdoulaye Seck u Iliman Ndiaye.
Rebħa ta’ 2-0 għall-Angola u l-Burkina Faso biż-żewġ timijiet jikkwalifikaw minn Grupp D. Il-gowls għall-Angola waslu minn Agostinho Mabululu u Zini.
Fil-partita l-oħra l-Mawritanja għelbu lill-Alġerija 1-0. Il-gowl uniku wasal fis-37 minn Yali Dellahi.
TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI
llbieraħ: Gambja v Kamerun 2-3, Guinea v Senegal 0-2, Angola v Burkina Faso 2-0, Mawritanja v Alġerija 1-0
Illum: Namibja v Mali 6.00pm, Afrika T’Isfel v Tuneżija 6.00pm, Tanzanija v DR Congo 9.00pm, Zambja v Marokk 9.00pm