Enerġija Lokali

1,000 ruħ jiffirmaw petizzjoni ta’ żewġ għaqdiet biex il-Gvern ma jibqax jiffinanzja l-proġett tal-Electrogas

L-għaqda Friends of the Earth Malta u l-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia ħabbru li 1,000 persuna iffirmaw ittra sabiex jitwaqqaf il-finanzjament għal pipeline tal-gass li jkun qed isaħħaħ l-operat tal-power station tal-Electrogas. Dawn l-elf persuna huma rapreżentati minn 14 il-għaqda mhux governattiva iffirmaw din il-petizzjoni.

F’Ottubru tas-sena 2023, iż-żewġ għaqdiet kienu niedew kampanja kontra dan il-pipeline għax qed jinsistu li dan il-proġett jipremja l-korruzzjoni u lil Yorgen Fenech innifsu; in-negozjant li jinsab implikat fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-ittra biex jitwaqqaf dan il-finanzjament intbagħtet lill-Gvern u lill-MEPs li jservu fuq il-Kumitat ITRE.


>Segwi NET NEWS fuq Instagram, Facebook, u Threads.