Internazzjonali Kurżitajiet

Di Caprio u Margot Robbie jispiċċaw barra mil-lista tal-Oscars

L-akbar ismijiet ta’ Hollywood qed iħejju għas-serata tal-Academy Awards — magħrufa bħala l-Oscars; unuri illi jippremjaw lill-protagonisti li l-aktar li ddistingwew ruħhom fil-qasam taċ-ċinema matul is-sena preċedenti.

Is-serata tal-Oscars se ssir fl-11 ta’ Marzu, u żgur se tkun waħda b’ħafna sorpriżi wara li n-nominazzjonijiet diġa’ ħallew togħma kemxejn morra għal diversi atturi.

Il-premju tal-aħjar attur huwa essenzjalment tellieqa bejn Cillian Murphy u Paul Giamatti. Iżda hawn, tħalla barra Leonardo Di Caprio.

Fil-każ tal-film Barbie li sar it-tielet film f’dan is-seklu li laħaq rekord fil-box office b’aktar minn $1.4 biljun madwar id-dinja kellek is-sorpriza ta’ Margot Robbie li ma ġiet nominata għall-Oscar tal-aħjar attirċi. Anke d-direttirci Greta Gerwing tħalliet barra.

Tant li fuq Twitter, l-attur Ryan Gosling attakka l-Akkademja għall-Oscars …u saħaq illi m’hemm l-ebda Ken mingħajr Barbie, u m’hemm l-ebda Barbie mingħajr Greta Gerwig u Margot Robbie.

Din is-sena, se tkun is-96 edizzjoni tal-Oscars. U dawn huma l-iktar premji rikonoxuti fid-dinja għad-dinja tal-films.