Floriana Young Stars u GREE Żurrieq Wolves Hotsticks kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey bit-tnejn jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika.
Floriana Young Stars għelbu liċ-champions Qormi Daikin bl-iskor ta’ 3-2.
Floriana fetħu vantaġġ ta’ 2-0 sa tmiem l-ewwel quarter l-ewwel permezz ta’ Mark Camilleri u Karl Chircop.
Fit-tielet quarter, Qormi naqqsu l-iskor permezz ta’ penalty corner ta’ Juan Sarcia iżda fil-bidu tar-raba’ quarter, Floriana għamlu l-iskor 3-1 wara penalty stroke ta’ Karl Chircop.
Reazzjoni minn Qormi li f’tentattiv li jerġgħu jidħlu fil-logħba naqqsu l-iskor permezz ta’ Luke Bajada għat-3-2. Riżultat li biħ intemmet il-partita.
GREE Żurrieq Wolves Hotsticks batew aktar milli mistenni meta għelbu lil White Hart 3-1.
Sa tmiem l-ewwel quarter l-iskor kien dak ta’ 0-0 biex fit-tieni quarter Luke Brincat poġġa lil Hotsticks fil-vantaġġ sabiex Luca Runza għamel l-iskor 2-0.
Ali Shah naqqas l-iskor fit-tielet quarter qabel ma’ Silas Plaehn għalaq il-partita bit-tielet gowl.
//= $special ?>