“Il-PN dejjem kien il-partit tal-edukazzjoni għax minn dejjem emmen fit-tagħlim. “
Waqt intervista li sartitlu fil-programm Net Live, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li sfortumatament il-Gvern ma’ Robert Abela qed jixxaħħaħ mal-edukaturi tagħna.
Gvern li anke ma investhiex fil-bini ta’ skejjel ġodda. U dan kollu qed iwassal biex il-Gvern qed jispiċċa jixxaħħaħ ukoll mal-istudenti. Quddiem dan kollu l-PN jrid li l-edukazzjoni tkun prijorita.
U hekk kif l-Erbgħa tfakkar il-Jum tal-Edukazzjoni, Bernard Grech sellem lill-ħaddiema kollha fil-qasam edukattiv li ta’ kuljum iwasslu l-aħjar tagħlim lill-istudenti.
Il-Kap Bernard Grech tkellem ukoll dwar is-settur tas-saħħa fejn illum il-ġurnata għandna sitwazzjoni inkwetanti f’dan is-settur… sistema tas-saħħa li tinsab qrib kollass.. fejn il-pazjenti qed jispiċċaw joħorġu l-flus minn buthom.

Bernard Grech fakkar kif il-Gvern Laburista kien wiegħed li kien se jġib il-medicina b’xejn id-dar… iżda il-medicina qas l-isptar mhu qed tinstab. Huwa qal li anke f’dan is-settur il-PN se jkompli juri l-viżjoni tiegħu u jagħti proposti konkreti.
Il-Kap tal-PN qal li fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista hemm is-saħħa tal-familji.. is-saħħa tal-persuni.