Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Jiddefendu lil Rishi Sunak kontra l-kritika qalila

Ritratt: EPA-EFE/TOLGA AKMEN

Il-maġġoranza tad-deputati u eks-Ministri tal-Partit Konservattiv qegħdin jappoġġjaw lill-Prim Ministru Rishi Sunak li qed jiffaċċja ħafna sfidi sinifikanti bħala l-Kap tal-Partit fil-Gvern.

Id-deputati wieġbu wara li l-eks Ministru tal-Kabinett, Sir Simon Clarke, f’artiklu għal The Telegraph, sejjaħ biex it-Tories iqaċċtu lil Sunak minn Prim Ministru biex ma jisfawx ‘immassakrati’ fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Clarke qal li l-Konservattivi qed jitilfu dejjem aktar votanti wara li huma ma addottawx politika determianta dwar l-immigrazzjoni – iżda l-artiklu qanqal reazzjonijiet kuntrarji minn diversi ek-Ministri oħra, fosthom l-eks-Segretarju għall-Intern, Priti Patel, li akkużat lil Clarke dwar ‘kliem diviżiv bl-iskop li hu jidher sabiħ ma’ xi ħadd’.

Fil-verità, ma jidhirx li hemm  ċans li Sunak jitneħħa minn Prim Ministru qabel l-elezzjoni li jmiss, meta numru kbir ta’ deputati tat-Tories jemmnu li l-uniku mod kif huma jistgħu jirbħu l-elezzjoni li jmiss huwa bih fit-tmun tal-partit.