Is-sezzjoni żgħażagħ tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta qed tiċċelebra il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Kien fl-1999 li twaqqfet din is-sezzjoni bl-intenzjoni li tiġbor iż-żgħażagħ u taħdem b’risq il-festa Mostija.
Għaldaqstant se jiġu organizzati numru ta’ ċelebrazzjonijiet. Fis-27 ta’ Jannar se ssir quddiesa fil-Bażilika tal-Mosta bis-sehem tal-Kor Marija Assunta. Wara din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika se jsiru ċelebrazzjonijiet festivi fis-Sede tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija fejn din is-sezzjoni twieldet fi ħdanha.
Filwaqt li tagħti s-sehem tagħha ta’ kull sena fil-festa tal-Assunta ċċelebrata fil-15 t’Awwissu, din is-sezzjoni torganizza ukoll l-marċ ta’ filgħodu, flimkien mal-kumitat ċentrali tal-istess għaqda.
Apparti minn hekk, torganizza wirjiet matul is-sena, bħal dawk tal-Ġimgħa l-Kbira u fil-Milied, filwaqt li taħdem sabiex tiġbor u trawwem tfal fl-aspett kulturali permezz ta’ kummissjoni għat-tfal li twaqqfet sena ilu.
//= $special ?>