Graziella Attard Previ PN
Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal qalet li t-trasport pubbliku ma jistax ikun fdat għax mimli nuqqasijiet u mhux puntwali.
Meta kienet qed titkellem fl-Aġġornament tal-parlament Graziella Attard Previ qalet li t-trasport pubbliku mhux ta’ min jafdah għaliex hu impossibbli li min jużah jasal fil-ħin. Hi semmiet diversi nuqqasijiet fit-trasport pubbliku u kompliet li t-trasport b’xejn kienet miżura tajba.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li huma biss il-barranin, l-anzjani li ma jaffordjawx karozza u ż-żgħażagħ bla karozza li qed jużaw it-trasport pubbliku għaliex il-bqija għadd ma jrid juża’ t-trasport pubbliku.
Għaddew 13-il sena mir-riforma li kien wettaq Gvern Nazzjonalista iżda ma jistax ikun li wara dawn is-snin kollha u bis-sussidji ta’ miljuni li l-gvern qed jagħti, għad hawn l-istess problemi fit-trasport pubbliku.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet ir-rorot tad-disa’ u l-10 distrett u qalet li ħafna rotot mhumiex moqdija biżżejjed. L-anzjani jkollhom jistennew ħinijiet twal għal tal-linja, li meta jaslu jkunu mimlija għaliex ikunu diġà mimija meta dawn jitilqu mill-Belt jew mill-vendi. Problema kbira oħra hi l-iffullar fuq il-karozzi tal-linja, li hu evidenti l-aktar fix-xhur tas-sajf minħabba t-turiżmu.
Hi semmiet l-app tal-linja u qalet li l-ħinjiet fuq din l-app mhumiex realisitiċi għaliex hemm rotot li qed jieħdu d-doppju tal-ħin stipulat bex jaslu.
Hi staqsiet kemm żdiedu r-rotot minħabba l-barranin u t-turisti u jekk il-frekwenzi baqgħux l-istess bħal 10 snin ilu. Jeħtieġ li ċertu rotot isiru ċirkolari għaliex qed ikun hemm wisq tidwir f’ċertu rotot. L-istaġnar fit-traffiku qed jiswa lill-poplu Malti u lill-pajjiż u għandu jkun trattat b’mod immedjat mill-gvern, sostniet Graziella Attard Previ.