Albert Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali Albert Buttigieg appella biex jiddaħħlu livelli għal għajxien diċenti ta’ min jikri d-djar għaliex ċertu djar mitluqa issa qed jinkrew lill-barranin bla ma jkunu f’livell aċċettabbli.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qal li l-akkomandazzjoni bejn persuni hi realtà kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Dan jgħodd għall-istudenti u għall-ħaddiema li jaħdmu f’pajjiżi oħra. Irid ikun ikkunsidrat ukoll li l-barranin jikru flimkien ma’ persuni oħra biex jikru.
Il-pagi ta’ dawn il-ħaddiema barranin jkunu dawk minimi, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li jrid ikun ikkunsidrat ukoll li dawn il-ħaddiema jkunu ġew f’Malta biex imantnu lill-familji tagħhom barra minn Malta. Il-kritika għandha tkun fuq min daħħal f’Malta din ir-realtà ta’ ħaddiema tal-massa.
Albert Buttigieg kompla li qed ikun hemm diffikultajiet li jnħolqu bl-istorju li joħolqu dawn il-persuni barranin u anki bl-irwejjaħ li dawn joħolqu. Hemm numru ta’ Maltin li qed jikru dawn il-propjetajiet u għalhekk dan is-settur għandu jkun mogħti l-attenzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li djar mitluqa qed jispiċċaw mikrija lil dawn il-barranin. Issa l-massimu hu ta’ sitt persuni f’kull dar.
Dan se jwassal biex is-sidien ta’ djar mitluqa qed jaqilgħu daqs jekk mhux iktar minn dawk li jkunu investew fid-djar jew fl-appartamenti għall-kiri. Qed jinkrew ukoll stalel, kmamar fejn jinżammu d-dgħajjes, appartamenti abbandunati u djar mitluqa. Dawn il-kirjiet qed iwasslu għal sfruttament ta’ persuni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li biex jinqata’ l-abbuż jrid jiddaħħal fil-liġi livell għall-krijiet bi kriterji ċari u dettalji li jkunu infurzati biex ikun stabbilit liema propjetajiet jistgħu jinkrew u dawk li ma jistgħux.
L-istandards iridu jinkludu l-ispazju għal kull persuna mis-sitt persuni, fl-għamara u fil-kċina, is-sigurtà, fil-kamar tal-banju, fl-iġene u fl-affarijiet essenzjali li jgammru d-djar jew appartamenti. L-ewwel pass għall-kera jrid ikun li jinkseb ċertifikazzjoni ta’ kwalifikazzjoni għall-appartmanti jew il-binja.
Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tinkiseb mill-Awtorità responsabbli. Għandhom isiru wkoll verifiċi fil-post biex ikun stabbilit jekk il-post ikun baqa’ tajjeb għall-kiri. Għandha tingħata għajnuna lis-sidien li jridu jikru għal skopijiet soċjali.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm diffikultajiet għar-residenti li jkunu qed jgħixu fil-blokka li fiha jkun hemm kirjiet lill-barranin. Jeħtieġ li l-liġi tal-amministratur tkun emendata biex tkun effettiva għaż-żminijiet tal-lum.