“L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għal opportunitajiet ġodda u aħjar. L-edukazzjoni twassal għall-għarfien, li wieħed jagħraf jikkunsidra u jevalwa. L-edukazzjoni hija formazzjoni tal-individwu.”
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-jum li fih id-dinja qed tiċċelebra Jum l-Edukazzjoni.
F’post fuq il-media soċjali, Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista kien dejjem pijunier li jwassal l-edukazzjoni għand kulħadd. Li joffri opportunitajiet ġodda, kemm liż-żgħar u kemm lill-kbar. Li għaraf li jwelled istituzzjonijiet u skejjel li jsawru f’uliedna b’mod ħolistiku l-aqwa għodda possibbli – l-għarfien.
Bernard Grech qal li llum iżda f’pajjiżna qed ngħixu sitwazzjoni fejn minħabba r-ras iebsa tal-Gvern, minħabba tkaxkir tas-saqajn għal sentejn sħaħ, l-edukaturi, il-ħaddiema fis-settur u l-istudenti qed ibatu konsegwenzi kbar.
Huwa għalhekk, kiteb il-Kap tal-PN, li pajjiżna jeħtieġ Gvern li jieħu l-edukazzjoni bis-serjetà. Dan hekk kif Robert Abela evidentament ma jinteressahx mill-edukazzjoni ta’ uliedna.
Bernard Grech qal li l-PN se jibqa’ impenjat li jkun il-Partit tal-Edukazzjoni f’pajjiżna.
//= $special ?>