Liverpool fil-finali tal-Carabao Cup kontra Chelsea wara li għelbu lil Fulham 3-2 bl-iskor aggregate, wara riżultat ta’ 1-1 fi Craven Cottage. Liverpool fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Jarell Quansah għadda lejn Luis Diaz bil-Kolombjan jixħet fix-xibka għal 1-0. Fulham daħlu fil-partita fis-77 minuta meta Harry Wilson żmarka lil Issa Diop li kkonkluda wara Caoimhin Kelleher. Il-finali tal-Carabao Cup tintlagħab nhar il-Ħadd 25 ta’ Frar, f’Wembley Stadium.
Illum: Fulham v Liverpool 1-1 (2-3)
Finali : Il-Ħadd, 25 ta’ Frar 2024
Wembley Stadium – Liverpool v Chelsea
//= $special ?>