Toni Bezzina, PN
Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina qal li mhux biżżejjed li d-deputati jsiru full-timers; jeħtieġ rifoma kif ikunu rappreżentanti aħjar taċ-ċittadini.
Meta kien qed jitkellem fl-Aġġornament tal-parlament Toni Bezzina tkellem dwar il-ħidma tad-deputati u qal li l-membri tal-Oppożizzjoni jwettqu ħafna iktar xogħol minn dawk tal-gvern.
Hu qal li d-deputati tal-Oppożizzjoni jridu jippreparaw u jagħmlu l-mistoqsijiet parlamentari, jagħmlu d-diskorsi fil-parlament, l-analizzar tal-liġijiet, proposti għal-liġijiet, analiżi tal-avviżi legali, parteċipazzjoni f’konferenzi barra minn Malta, laqgħat mar-rappreżentanti tas-setturi u kuntatt maċ-ċittadini.
Jeħtieġ issir diskussjoni serja dwar il-ħidma tad-deputati iżd mhux biżżejjed li d-deputati jridu full-time għaliex jeħtieġ jkun analizzat kif id-deputati jkunu rappreżentanti denji ta’ dawk li eleġġewh.
>Segwi NET NEWS fuq Instagram, Facebook, u Threads.
//= $special ?>