Daniel Desmond Borg ta’ 34 sena minn Santa Lucija ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li ħebb u hedded lill-eks sieħba tiegħu. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Audrey Micallef qalet li l-vittma bdiet tirċievi ammont kbir ta’ messaġġi u telefonati b’theddid.
Qalet ukoll li lejliet il-Milied, il-vittma sabet lill-akkużat fuq l-għatba tal-bieb u meta fetħitlu talab jidħol jorqod fuq is-sufan. Mal-pulizija, il-vittma qalet li meta hi rrifjutat, l-akkużat daħal bil-forza, kaxkara tull ir-residenza kollha, tah diversi daqqiet f’idha u f’saqajha u pprova jifgaha.
Il-proskeuzzjoni rrakuntat ukoll episodju ieħor fejn l-imputat uża l-forza fil-konfront tal-vittma fejn anke kisser diversi twieqi u għamara fir-residenza tal-vittma. Għall-akkużi miġjuba kontrih huwa wieġeb mhux ħati. L-avukat tad-difiza tal-għajnuna legali, Victor Bugeja ma talabx għal ħelsien mill-arrest, bl-akkużat jinżamm arrestat.