Bernice Bonello, PN
Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister għaż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta’ Spazji Ġodda Bernice Bonello qalet li hemm problemi kbar fil-Kalkara minħabab dewmien fix-xogħlijiet fix-xatt.
Fl-Aġġornament tal-parlament Bernice Bonello tkellmet dwar il-problemi fil-Kalkara minħabba l-proġett li qed isir fix-xatt fejn il-gvern mhux jifhem il-problemi li qed jinħolqu tul is-snin li l-proġett ilu għaddej.
Ix-xogħol sar bla pjan fejn iż-żona damet xhur twal magħluqa tant li t-trasport pubbliku kien jasal biss sa Bighi b’inkonvinjent kbir għar-residenti anzjani li jgħixu fiż-żona.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-aċċess għal-ispiżerija tax-xatt kien ingħalaq għal perjodu twil. Problema oħra hi l-inkonvinjent u t-tabtija għar-ristoranti għaliex ix-xatt ingħalaq kollu.
Issa dawn ilhom snin ibatu minħabba t-trabijiet maħluqa mill-proġett li kellu jkun lest sal-aħħar tal-2023. Il-gvern ma żammx kelmtu u l-proġett għadu mhux lest u t-toroq mill-mina sa Bighi għadhom waqgħu lura. Dawn id-diffikultajiet wasslu biex il-festa ta’ San Ġużepp kienet ċelebrata f’sit ta’ kostruzzjoni.
Hi semmiet it-telephone box skedata li nqalgħet u li tħalliet maqlugħa tant li issa instabet taħt siġra quddiem il-każin tal-banda. Din hi telephone skedata iżda l-gvern għadu ma jafx fejn se jerġa’ jwaħħalha.