Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Qalulna biex inkantaw f’kunċert fejn il-Knisja u meta bdejna qatgħu d-dawl” – Mike Spiteri

Illejla jibda t-3 staġun ta' PROFILI

Illejla se jirritorna l-programm PROFILI, bl-ewwel mistieden se jkun Mike Spiteri.

Il-ġrajjiet minn fomm il-kantant se jkunu qed iġibu tbissima fuq fomm bosta, b’rakkonti minn fuq il-palk waqt xi kunċert u xi jkun hemm minn wara l-kwinti u dwar anki s-suċċess fix-xena mużikali.

Jispikka r-rakkont dwar kunċert biswit il-knisja tal-Mosta, fejn l-awtoritajiet kienu ġew jaqtgħu d-dawl. Il-kunċert tkompla wara, bl-episodji ma’ dan il-kunċert idaħħlu wkoll fix-xena lill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Ġużeppi Mercieca.

PROFILI għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.

PROFILI llejla fit-8.30pm fuq Net Television.