Lokali

Żagħżugħ aggredit fil-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta

Skont sorsi li tkellmu ma’ Net News jidher li għal ħabta ta’ nofsinhar safa agredit żagħżugħ fil-Ġnien l-Ġħarusa tal-Mosta wara li l-pulizija rċievew rapport.

Jidher li inqalgħet kommossjoni hekk kif żewġ persuni resqu quddiem iż-żagħżugħ u pruvaw jisirqulu l-laptop, biż-żagħżugħ jirreżisti bil-konsegwenza li l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Iż-żagħżugħ ittieħed il-klinika tal-Mosta fejn kien qed isofri minn xokk qawwi.

Il-Puluzija fetħet investigazzjoni dwar dan il-każ filwaqt li għaddejja bit-tfittxijiet tagħha sabiex issib l-aggressuri.