Futbol Sport

Tazza tal-Asja: L-Iraq u l-Ġappun mal-aħħar sittax

Iraq u l-Ġappun għamluha mal-fażi tal-aħħar sittax minn Grupp D. L-Iraq għelbu lil Vjetnam bl-iskor ta’ 3-2. Il-Vjetnam marru minn fuq minn Viet Anh Bui Hoang b’Rebin Sulaka jikseb id-draw għall-Iraq. Aymen Hussein poġġihom fil-vantaġġ, bi Quang Hai jikseb id-draw għall-Vjetnam. Biex fil-102 kien Aymen Hussein li mill-ħdax-il metru ta rebħa drammatika lill-Iraq.

Il-Ġappun għelbu lill-Indoneżja bl-iskor ta’ 3-1. Kien Ayase Ueda li fetaħ l-iskor minn penalty, bl-istess plejer jirdoppja għall-Ġappun fit-52 minuta. Justin Hubner skorja it-tielet gowl għal Ġappun b’Sandy Walsh jiskorja il-gowl tal-konsolazzjoni għall-Indoneżja.

TAZZA TAL-ASJA

Ilbieraħ: Iraq v Vjetnam 3-2, Ġappun v Indonesja 3-1