Minn Grupp E żewġ draws ta mingħajr gowls bejn in-Nambja u l-Mali, kif ukoll fil-konfront bejn l-Afrika t’Isfel u t-Tuneżija. Il-Mali u l-Afrika t’Isfel għamluha mal-aħħar sittaax bin-Namibja possibilment jikkwalifikaw ukoll.
Minn Grupp F, draw ta’ mingħajr gowls ukoll bejn it-Tanżanija u DR Congo, filwaqt li l-Marokk għelbu liż-Żambja bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-37 minuta permezz ta’ Hakim Ziyech, bil-Marokk u l-DR Congo jagħmluha mal-aħħar sittax.
TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI
Ilbieraħ: Namibja v Mali 0-0, Afrika T’Isfel v Tuneżija 0-0, Tanzanija v DR Congo 0-0, Zambja v Marokk 0-1
Illum: Ġordan v Bahrain 12.30pm, Korea t’Isfel v Malasja 12.30pm, Kyrgyzstan v Oman 4.00pm, Arabja Sawdija v Tajlandja 4.00pm