L-eks President Amerikan Donald Trump faċilment rebaħ il-primary ta’ New Hampshire u għamel pass ieħor biex jirbaħ in-nomina tat-tellieqa Repubblikana fejn issa huwa favorit li f’;Novembru jisfida lill President attwali Joe Biden għall-Presidenza. Trump rebaħ billi kiseb madwar 55 fil-mija tal-voti.
Ir-riżultat kien daqqa ta’ ħarta għall-eks Ambaxxatriċi tan-Nazzjonijiet Uniti Nikki Haley, li spiċċat it-tieni minkejja li investiet ħafna ħin u riżorsi finanzjarji sinifikanti fi stat importanti. Haley hija l-aħħar sfidanta kbira għal Trump wara li l-Gvernatur ta’ Florida Ron DeSantis iddeċieda li ma jibqax fit-tellieqa presidenzjali fi tmiem il-ġimgħa, fejn issa qed jagħmel kampanja favur Trump.
L-alleati ta’ Trump żiedu l-pressjoni fuq Haley biex titlaq mit-tellieqa qabel ma ngħalqu l-voti, iżda Haley wegħdet wara li tħabbru r-riżultati li tkompli l-kampanja tagħha. Waqt li tkellmet mal-partitarji, hija intensifikat il-kritika tagħha lejn l-eks president, fejn qalet li l-istat mentali tiegħu wassalha biex tikkandida ruħha bħala kandidat li skont hi jwassalha għal bidla ġenerazzjonali.
Haley wegħdet li tibqa’ fit-tellieqa Repubblikana, u qalet li issa se tiffoka fuq il-primary tal-24 ta’ Frar fl-istat ta’ oriġini tagħha ta’ South Carolina. Iżda hi se tkun qed tiġġieled l-istorja: Fl-istorja moderna tal-kampanja presidenzjali, l-ebda persuna li ma rebħitx il-caucuses ta’ Iowa u l-primary ta’ New Hampshire u spiċċat tirbaħ in-nomina tal-partit.
Trump, li tela’ fuq il-palk ftit wara li tkellmet Haley, tkellem fuq id-deċiżjoni tagħha li tkompli l-kampanja tagħha. “Kellha tirbaħ,” qal l-eks president. “Hija falliet u dan huwa ħażin għaliha.” Hekk kif Haley qed tfittex li turi li tibqa’ kontendenti vijabbli, l-President Joe Biden beda t-tħejjijiet għal rematch tal-elezzjoni ġenerali ma’ Trump — fejn bagħat għal persuni ta’ esperjenza fil-White House biex jaħdmu fuq il-kampanja tiegħu u organizza avveniment f’Virginia fejn kkirtika lil Trump dwar id-drittijiet tal-abort.
H