Sport Sport Ieħor

Valletta Subbuteo Club jagħmlu d-Double

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-MTFSA organizza l-Kampjonat Nazzjonali u l-kompetizjoni ‘Knock-out’ bejn il-klabbs.

It-imijiet li pparteċipaw kienu Valletta Subbuteo Club, Valletta Lions TFC, Bormla Subbuteo Club u Ħ’Attard Subbuteo Club.

Valletta Subbuteo Club ġew inkurunati Champions ta’ Malta għad-19-il darba fl-istorja tagħhom. 

Huma għelbu lil Valletta Lions TFC, Bormla Subbuteo Club u lil Ħ’Attard Subbuteo Club mingħajr ma’ soffrew ebda telfa. 

It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien iffurmat mill-captain Samuel Bartolo, Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Jurgen Balzan, Mark Gauci, Massimiliano Nastasi u Joseph Mifsud.  

Il-Beltin kienu wkoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ‘Knock-out’ wara li għelbu lil  Valletta Lions TFC fis-semi-finali filwaqt li rebħu l-finali kontra Bormla SC.

B’hekk issa, Valletta Subbuteo Club, akkwistaw id-dritt li jirrapreżentaw lil Malta fl-FISTF Champions League.