Ewropa Lokali

“Ġustizzja ma Daphne Caruana Galizia għadha ma saritx” – ir-rapreżentanta tal-Liberta’ tal-media tal-OSCE

“Kemm l-OSCE kif ukoll l-Awtoritajiet Maltin jafu sew li l-ġustizzja għadha ma saritx. U minkejja li ttieħdu passi fid-direzzoni tajba għad irridu naraw x’ser jiġri mill-‘Master Mind”

Kienet din id-dikjarazzjoni li għamlet ir-rapreżentanta tal-Libertà tal-Media f’isem l-OSCE, Teresa Riberio meta kienet qed twieġeb għall-mistoqsija dwar il-livell tal-libertà fil-media Maltija anka b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan intqal illum, ġurnata qabel jingħata bidu għall-ftuħ uffiċjali tal-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), saru divesri diskussjonijiet dwar temi importanti li huma relevanti għas-57 stat membru fosthom il-libertà tal-espresjoni kif ukoll id-dritt ta’ media ħielsa.

Fuq net tal-aġenda ta’ għada bla dubju ta’ xejn mistenni li jkun hemm il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna, kif ukoll il-Gwerra fil-Lvant nofsani, li se tkun qed tingħata inqas prijorita minħabba l-fatt li Iżrael mhux membru stat tal-OSCE.

L-OSCE hija organizzazzjoni li tinkorpora 57 stat minn madwar 3 kontinenti; l-Ewropa, L-Amerika ta’ Fuq kif ukoll l-Asja biex b’hekk hija l-ikbar organizzazjoni reġjonali tas-sigurta. L-Għan ewlieni tal-OSCE hija li tagħmel id-dinja pajjiż aħjar waqt li tiddiskuti wkoll l-isfidi li tkun qed taffaċja id-dinja.