Fl-ewwel partita mir-raba’ round tal-FA Cup, rebħa kbira ta’ 5-0 għal Bournemouth fuq Swansea bil-gowls kollha kienu skorjati matul l-ewwel taqsima.
Fis-7 minuta minn azzjoni ta’ David Brooks kien Lloyd Kelly li għeleb lil Andy Fisher. Tlett minuti wara minn azzjoni oħra ta’ Brooks kien Alex Scott li għamel l-iskor 2-0 sabiex fl-14-il minuta kien Luis Sinisterra li minn pass ta’ Alex Scott għeleb mill-ġdid lil Andy Fisher.
Bil-partita magħluqa fl-ewwel kwarta logħob u ebda reazzjoni minn Swansea, fil-35 minuta minn azzjoni ta’ Dominic Solanke kien David Brooks li għamel l-iskor 4-0 . Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima kien Dominic Solanke li minn azzjoni ta’ Sinisterra skorja l-ħames gowl. 5-0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Riżultat li biħ intemmet ukoll il-partita.
//= $special ?>