Lokali

Diversi ġenituri jgħidu li uliedhom ilhom xhur mingħajr LSE

“Kelli nagħżel bejn is-saħħa mentali u l-edukazzjoni ta’ ibni”

It-tifel tagħna mhux qiegħed imur resource centre għaliex kellna nagħżlu bejn l-edukazzjoni ta’ ibni jew is-saħħa mentali tiegħu…. issa dħalna fil-5 jum. Edukazzjoni li misset il-qiegħ.

Din hija karba ta’ omm li qasmet il-weġgħat tagħha fuq il-medja soċjali b’reazzjoni għar-rapport ta’ Net News wara li l-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima ammetta li preżentament f’Malta u Għawdex hawn xejn anqas minn 180 student qed jistennew is-servizzi ta’ LSE.

Bosta spjegaw li mhux biss għandhom uliedhom qed jistennew li jkollhom LSE iżda hemm oħrajn li sakemm damu jistennew LSE…uliedhom  laħqu temmew l-iskola sekondarja.

Oħrajn saħansitra rrakkontaw li qalulhom li uliedhom ma kienx għad kellhom bżonn LSE; oħrajn saħqu li l-awtoritajiet iddeċidew li fis-sitt sena binthom ma kelliex bżonn aktar għajnuna.

Missier parikolari spjega kif issa ilu sena u nofs jistenna LSE għal ibnu – oħrajn spjegaw li lilhom qalulhom ma kellhomx bżonn LSE biex jagħtuhom l-indipendenza neċessarja…meta fil-verità għandhom bżonn – bil-karti mediċi jixhdu dan.

Diversi spjegaw li uliedhom għandhom LSE shared, maqsuma bejn 8 u 10 studenti – bl-attenzjoni one to one ma teżisti mkien…b’numru ta’ ġenituri oħra spjegaw li s-sitwazzjoni hija tant diżastruża li spiċċaw ituk LSE mat-tifel jew it-tifla tiegħek skont jekk għandhomx kundizzjoni jew oħra.

Gvern deskritt supperv mal-ġenituri għad-detriment tal-ulied. Tfal li qed jitħallew id-dar sabiex tiġi salvagwardata s-saħħa mentali tagħhom – b’kelma waħda tidwi u tiddeskrivi din is-sitwazzjoni. Għarukaża.