Ftit tal-ħin ilu ittellgħu il-poloz tar-round ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futsal.
It-tim nazzjonali Malti, mmexxi minn Gabriel Dobre tela’ fi Grupp C flimkien mal-Iżvizzera, Ġibiltà u Skozja bil-logħob kollu se jkun qed jintlagħab f’April, bil-pajjiż għadu jrid ikun determinat. Dawn il-logħob se jkunu qed jintlagħabu bejn it-8 u s-17 t’April li ġej.
Bħala preparazzjoni għal dawn il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni, it-tim nazzjonali Malti nhar il-Ħadd li ġej se jkun qed jivjaġġa lejn il-Kroazja għal kamp ta’ taħriġ li se jinkludi partiti ta’ ħbiberija kontra d-Danimarka, l-Iżvizzera, Greenland u San Marino u jirritorna Malta il-Ħadd 4 ta’ Frar.
L-iskwadra msejjħa hija:
Goalkeepers – Clint Mifsud, u Brandon Debono.
Outfield players – Celino Alves, Michael Borg, Andre Cachia, Giancarlo Sammut, Andre Ciancio, Steven Camilleri, Mark Zammit, Maicon Da Silva, Andy Mangion, Karl Luke Schembri, Cleaven Portelli, Marrwan Telisi, Collin Sammut.
//= $special ?>