Hekk kif bdiet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Kolumbjan akkużat li qatel lill-eks-sieħba tiegħu, wkoll mill-Kolumbja f’Tas-Sliema aktar kmieni dan ix-xahar, id-difiża tiegħu argumentat li minħabba l-akkuża ta’ femiċidju, Fabian Eliuth Garcia Parada ta’ 39 sena, ma jistax jirrikorri għall-argument tal-“crime of passion”.
Hu qed jiġi akkużat li qatel lil Sandra Ramirez ta’ 43 sena, li nstabet mejta b’daqqiet ta’ sikkina f’appartament fi Triq Sir George Borg fit-13 ta’ Jannar. Quddiem il-Maġistrat Monica Vella qam il-punt dwar il-fatt li r-raġel qed jiġi akkużat b’femiċidju.
Garcia Parada kien mar hu stess l-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema u qalilhom; “Qtilt lill-eks sieħeb tiegħi f’argument ġewwa dar tiegħi.” Huwa madankollu qed jiċħad akkużi ta’ omiċidju volontarju aggravat bħala femiċidju u li kellu arma waqt li kien qed jagħmel ir-reat.
L-akkużat, huwa t-tieni persuna li ġiet akkużata bir-reat aggravat ta’ femiċidju. Ġie introdott taħt il-Kodiċi Kriminali fl-2022 u jagħmilha suġġett għal piena aktar ħarxa. Fil-bidu tas-seduta d-Difiża, mmexxija mill-avukati Josè Herrera, Yanika Bugeja u Matthew Xuereb, tagħmel referenza kostituzzjonali u titlob biex Garcia ma jiġix akkużat b’femiċidju.
Argumentaw li minħabba l-akkuża ta’ femiċidju, l-akkużat ma jistax jirrikorri għall-argument tal-“crime of passion”. Id-Difiża ssostni li qed jinkisru d-drittijiet tal-akkużat minħabba li l-każ tiegħu qed jiġi limitat. Id-Difiża fakkret li l-akkużi miġjuba kontra Garcia jġorru magħhom piena ħarxa ta’ għomor il-ħabs.
Il-qorti ddiferixxt l-każ għas-6 ta’ Frar f’11.45am imm mhux qabel mad-difiża qalet lill-Qorti li l-akkużat kien qed jiġi miċħud il-possedimenti personali kollha tiegħu. “Se jispiċċa bl-istess ħwejjeġ, ħwejjeġ ta’ taħt u żraben għal ħajtu kollha!” rrimarka l-Avukat Herrera qal li l-imputat ma kienx qed jingħata aċċess għall-affarijiet tiegħu, inklużi flus, u allura kellu jiddependi minn terzi.
Id-difiża qalet li jekk ikun hemm bżonn l-akkużat kellu jiġi skortat lejn id-dar tiegħu f’Tas-Sliema sabiex ikun jista’ jiġbor l-affarijiet personali tiegħu. Il-Qorti ordnat notifika dwar dan lill-awtoritajiet ta’ Kordin u ordnat li l-akkużat jingħata l-affarijiet tiegħu u l-assistenza kollha meħtieġa biex jinġabru l-affarijiet tiegħu mir-residenza fejn kien jgħix qabel l-inċident. L-avukati Frank Anthony Tabone, Jacob Magri u Arthur Azzopardi se jirrappreżentaw il-familja tal-vittma. Id-Difiża, hi komposta mill-avukati Josè Herrera, Yanika Bugeja u Matthew Xuereb.