Lokali

Il-Gvern ma kellux jistenna li jkun hemm kriżi fl-MCAST biex jibda jitkellem mal-edukatturi – PN

Il-Gvern ta’ Robert Abela ma kellux għalfejn jistenna li l-istudenti tal-MCAST jagħmlu xhur ta’ inċertezza, li fihom mhux jingħataw marki jew feedback dwar l-assignments u l-eżamijiet, biex jibda jinnegozja mal-letturi tal-MCAST sentejn wara li skada l-ftehim kollettiv li jtejjeb il-kundizzjonijiet u s-salarji tagħhom.

Justin Schembri is-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja’, insista li l-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex ma jibqax jipposponi n-negozjati fl-MCAST għax għal dan id-dewmien qed iħallsu l-prezz il-letturi u l-istudenti kollha. Il-kundizzjonijiet tal-letturi fl-MCAST għandhom jingħataw prijorità assoluta.