Ivan Castillo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista u Shoaodw Mnister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja qal fil-parlament li l-ħaddiema kollha, partikolarment dawk vulnerabbi, għandhom ikunu protetti.
Ivan Castillo qal li l-emendi li ressqet l-Oppożizzjoni dwar l-aħenziji tax-xogħol kienu mressqa minn diversi setturi u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u għalhekk l-Oppożizzjoni ressqithom fil-parlament għaliex joffru proposti ħolistiċi dwar is-settur.
Minkejja dan, il-gvern neħħa 12 minn 14-il emenda li ressqet l-Oppożizzjoni u bagħat messaġġ li ma jridx jisma’ l-proposti ta’ dawn is-setturi; il-gvern ma jridx jiddiskuti mal-Oppożizzjoni modi biex il-liġi titjieb.
Hu kompla li l-proposti tal-PN jitrattaw id-definizzjoni tax-xogħol, li toħroġ minn direttivi tal-UE flimkien mad-definizzjoni ta’ aġenziji ta’ impjieg. Dan bl-iskop li l-aġenziji jkunu definiti fl-avviż legali. Il-PN ppropona definizzjoni għal xogħol temporanju propju għaliex fid-direttiva tal-UE hemm ukoll din l-ispjega.
Ix-xogħol temporanju ma jistax ikun wieħed permanenti għaliex il-ħaddiema li jkunu qed iwettqu xogħol temporanju m’għandux jibqa’ jagħmel dan ix-xogħol għal dejjem. Din hi responsabbiltà tal-gvern, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li mhux stabbilti jekk il-gvern setax iħalli din l-emenda barra.
Ivan Castillo qal li emenda oħra li tħalliet barra mill-gvern hi dik dwar l-aġenziji tax-xogħol barranin bl-insistenza li dawn ikunu reġistrati wkoll fil-pajjiż. Dan l-aspett għandu jkun iċċarat.
Il-PN ippropona wkoll emenda dwar ir-riklami li jsiru biex ir-riklami jsiru f’gazzetta bil-Malti u oħra bl-Ingliż; iżda anki din l-emenda sabet l-oġġezzjoni tal-gvern. Proposta oħra hi li dawn li għandhom l-aġenziji tempornji, il-lista bin-nies ikunu speċifikati. Dan qed iwassal għal iktar lok ta’ abbuż; il-PN hu determinat li ma jkunx hemm sfruttament tal-ħaddiema.
Id-deputat Nazzjonalista qal li emenda oħra hi dwar il-miżati, li l-PN jaqbel magħhom biex ikun hemm serjetà iżda l-mod ki inhi miktuba fil-liġi fil-kuntest tat-tiġdid tal-liċenzji, mhix ċara jekk il-ħlas isirx għal sentjen meta l-liċenzja tkun imġedda. Lanqas din ma kienet aċċettata mill-gvern.
Dwar il-persuni kompeteni, Ivan Castillo qal li l-PN jaqbel ma’ dan il-persuna iżda meta dan jinbidel m’hemmx żmien meta dan il-persuna kompetenti jkun mibdul. Il-PN qed jipproponi terminu ta’ erba’ xhur li fihom irid ikun infomrat id-Direttur tax-Xogħol.
Il-PN qed jipproponi wkoll li ma jkunx hemm sfruttament tal-ħaddiema, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-proposta tal-PN hi li jekk l-aġenziji ma jħarsux id-drittijiet tal-ħaddiema titsta’ titneħħiela l-liċenzja.
Ivan Castillo qal li l-PN ippropona wkoll li jekk aġenzija tax-xogħol tkun informata li mhijiex skont ir-regoli u għalhekk tista’ titlef il-liċenzji, allura anki l-klijenti tal-aġenziji jkunu informati b’dawn l-investigazzjonijiet. L-aġenziji serji ma jridx jaraw lil min jagħmel li jrid f’dan is-settur.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm ħafna rapporti ta’ ħaddiema li qed ikunu sfruttati u sostna li kien hemm każi fejn kien hemm bżonn ta’ żieda fl-infurzar. Id-Direttur tax-Xogħol għandu jkollu r-riżorsi neċessarji.
Hu qal lil-Kmra tal-Kummerċ għamlet anki kodiċi ta’ etika għall-aġenziji tax-xogħol u appella li anki l-gvern jagħmel miżuri simili għaliex dawn itejbu din il-liġi. Jeħtieġ li ma jitħalla imkien fejn il-ħaddiem jista jkun abbużat, partikolarment il-ħaddiema vulnerabbli.