Ekonomija Lokali

Il-Kamra tal-SMEs tgħid illi x-xogħol fil-pjazza tal-Mosta ħalla daqqa enormi fuq il-ħwienet tal-lokal

Il-proġett suppost kellu jkun konkluż sal-Milied - iżda anke din id-data inqabżet

Il-proġett fil-pjazza tal-Mosta li kellu jkun lest ix-xahar li għadda, issa qed jingħad li se jiġi konkluż sal-ġimgħa d-dieħla – għalkemm fuq tal-ħwienet, l-effetti ta’ dawn ix-xogħlijiet kienu bosta.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-SMEs qalet illi fi ftit jiem se tiftaħ mill-ġdid Triq il-Kostituzzjoni.

Intqal illi dawn ix-xogħlijiet ħallew effett kbir negattiv fuq in-negozji u l-ħwienet iż-żgħar. “Id-dewmien kien piż kbir”, qalet l-istqarrija.

Il-proġett tal-Mosta poġġa’ lil diversi sidien ta’ ħwienet f’xifer li jagħlqu, u kif fissret l-istess stqarrija “it-telf kien wieħed sostanzjali”.