Lokali Saħħa

IL-KRIŻI FIS-SAĦĦA: “Fl-aħħar għaxar snin ma sar kważi xejn”

Matul dawn l-aħħar snin ma sar kwazi l-ebda investiment fis-settur tas-saħħa f’dak li għandu x’jaqsam mal-infrastruttura.

F’intervista li saritlu waqt il-programm Net Live, il-President tal-MAM Martin Balzangħamilha ċara li suppost kellu jkun hemm pjanar u investiment fl-infrastruttura proprju minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni – pjan illi fil-verità, qatt ma sar.

It-tabib Balzan qal li normalment Mater Dei dejjem ikun ippakkjat… fejn saħansitra qed jintużaw swali li mhux supposst għandhom din il-funzjoni. Allura f’dan iż-żmien tas-sena, meta jiksaħ it-temp,  ikun hemm  aktar pazjenti li jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar minħabba problemi respiratorji.

Huwa qal li l-flus li suppost intużaw minn Vitals u Steward biex isir invesitment f’dan is-settur… baqgħu qatt ma ntużaw għal dan l-iskop.